Il-President ta’ Malta jgħarraf li:
Wara li saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, fit-13 ta’ Ottubru 2023, biex isiru
espressjonijiet ta’ interess għall-ħatra ta’ ħames Maġistrati fil-Qrati Inferjuri ta’ Malta, minn persuni eliġibbli
għal dawn il-karigi;
Wara li l-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, imwaqqaf bis-saħħa tal-Artikolu 96(A) tal-Kostituzzjoni,
irċieva u għarbel b’kollox wieħed u tletin (31) espressjoni ta’ interess, li minnhom tnejn (2) ġew irtirati, u waħda
(1) ma kinitx eliġibbli, biex b’kollox kien hemm tmienja u għoxrin (28) espressjoni ta’ interess;
Wara li l-istess Kumitat, iggwidat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 96(B) tal-Kostituzzjoni, u bir-regoli u l-linji
gwida approvati mill-istess Kumitat, għamel l-evalwazzjoni tiegħu tal-kandidati kollha;
U wara li l-Kumitat kollettivament iddelibera dwar ir-rakkomandazzjonijiet li huwa tenut jagħmel lill-President
skont l-Artikolu 96(A) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Novembru 2023, is-Sur Frankie Mercieca, Segretarju tal-Kumitat, ippreżentali r-rapport
dettaljat dwar il-kandidati li ġew irrakkomandati bħala idonei għall-ħatra ta’ Maġistrat tal-Qorti Inferjuri, millKumitat, fejn hemm evalwazzjoni dettaljata ta’ kull kandidat li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u
meritevoli;
Billi skont il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 100, il-Maġistrati tal-Qrati Inferjuri għandhom jiġu maħtura millPresident, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura; għalhekk,
fuq il-fehma unanima tal-Membri tal-imsemmi Kumitat, u fuq indikazzjoni ċara ta’ min fl-opinjoni tal-Kumitat
kienu dawk li għandhom l-ogħla mertu u idonjetà għall-kariga ta’ Maġistrat fil-Qrati Inferjuri;
Il-President għandu pjaċir jaħtar, f’ordni alfabetika, lis-segwenti persuni sabiex iservu ta’ Maġistrati tal-Qrati
Inferjuri:
Dott. Agius Bonnici Antoine;
Dott. Galea Farrugia Philip;
Dott. Grech Jean Paul;
Dott. Thake Anne Marie;
Dott. Vella Nadia Helena.
Il-President, skont l-Artikolu 96A(6)(d) huwa mistenni wkoll li jippubblika l-ismijiet tal-Kandidati kollha
mgħoddija mill-Kumitat lill-President li fl-opinjoni tal-Kumitat ġew ikkunsidrati li kienu huma wkoll idonei u
meritevoli u li għandhom l-attribwiti neċessarji biex jokkupaw il-kariga ta’ Maġistrati fil-Qrati Inferjuri ta’ Malta;
Dawn il-persuni, f’ordni alfabetika, kienu s-segwenti:
Dott. Agius Bonnici Antoine;
Dott. Bezzina Mary Grace k/a Graziella;
Dott. Borg Galea Monica;
Dott. Caruana Vella Abigail;
Dott. Debono Marouska;
Dott. Ellis Joseph;
Dott. Galea Farrugia Philip;
Dott. Grech Jean Paul;
Dott. Karlsson Maria;
Dott. Pace Grima Danielle;
Dott. Quintano Elizabeth;
Dott. Schembri Ilona;
Dott. Thake Anne Marie;
Dott. Vella Nadia Helena;
Dott. Zammit Claudio
Il-President jifraħ lill-Ġudikanti ġodda u jirringrazzja lill-Membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura
għax-xogħol siewi u metikoluż li wettqu.