Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta għall-iskambju tal-awguri għas-Sena l-Ġdida nhar is-Sibt 30 ta’ Diċembru 2023.
Il-membri tal-pubbliku huma mistiedna jiġu l-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta, bejn l-għaxra ta’ filgħodu u n-nofsiegħa ta’ waranofsinhar.