George Vella

Il-President ta’ Malta jibda żjara fil-Ġermanja

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta llum waranofsinhar għal żjara fil-Ġermanja.

Fost l-impenji tiegħu, il-President Vella se jindirizza lill-istudenti u lill-akkademiċi fl-Università Humboldt ta’ Berlin f’lecture bit-tema ‘Reflections on the present world order’ fuq stedina tal-awtoritajiet tal-università. Il-President se jkollu wkoll laqgħa ma’ Michael Roth, Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag).

Il-President u s-Sinjura Vella mistennija jaslu lura Malta nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar. Il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President.

Skip to content