George Vella

Il-President ta’ Malta jibda żjara fil-Belġju

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella ħallew Malta dalgħodu għal żjara fil-Belġju.

Fost l-impenji tiegħu, il-President Vella se jkollu udjenza mar-Re Philippe tal-Belġju u laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Waqt din iż-żjara, il-President se jindirizza lill-istudenti u parteċipanti fl-Akkademja Diplomatika Ewropea u fil-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges, u se jżur l-iskola Ewropea, EEB 1, fejn se jiltaqa’ ma’ għalliema u studenti Maltin.

Il-President u s-Sinjura Vella għandhom laqgħa mal-komunità Maltija li tgħix Brussell.

Il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President.

Il-President u s-Sinjura Vella jirritornaw Malta nhar il-Ħamis, 9 ta’ Novembru 2023. 

Skip to content