George Vella

Il-Ballu tal-President fil-Belt Valletta fit-2 ta’ Marzu

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President George Vella nieda “Il-Ballu tal-President 2024” b’risq The Malta Community Chest Fund, f’dak li ddeskriva bħala wieħed mill-aħħar avvenimenti pubbliċi qabel tmiem il-Presidenza tiegħu u tribut xieraq lill-Palazz tal-Gran Mastru li ġie inawgurat riċentement wara restawr estensiv.

Il-President Vella qal li l-ballu ser isir fit-2 ta’ Marzu 2024 u l-fatt li ser jiġi organizzat fil-Palazz tal-Belt Valletta huwa pjuttost simboliku u notevoli meta wieħed iqis li din il-Presidenza ma setgħetx taħdem f’din is-sede uffiċjali tal-President tar-Repubblika ta’ Malta.

Il-Markeżin Daniel de Petri Testaferrata, Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Ballu, qal li ‘Il-Ballu tal-President’ ser ikun l-aħħar avveniment b’risq l-MCCF matul din il-Presidenza u tislima xierqa lill-President Vella u s-Sinjura Vella. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li qed jagħtu daqqa t’id fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment, inkluż lil Marsovin li ser tipprovdi nbid tal-ogħla kwalità għall-avveniment.

Iċ-Chairperson tal-ballu qal li l-biljetti huma limitati u jistgħu jinxtraw online fuq www.thepresidentsball.com.

Skip to content