George Vella

L-Ambaxxatriċi tal-Prinċipat ta’ Monaco, Anne Marie Eastwood, tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

L-Ambaxxatriċi tal-Prinċipat ta’ Monaco, Anne Marie Eastwood, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Il-President Vella osserva li l-pajjiżi għandhom diversi similaritajiet hekk kif kemm Malta kif ukoll Monaco għandhom ekonomiji li jibbenefikaw ħafna mis-suċċess tat-turiżmu u s-setturi marittimi. Barra minn hekk, il-President laqa’ l-interess komuni bejn Malta u Monaco fil-ħidma għall-istabbiltà u l-paċi fir-reġjun Ewro-Mediterranju. Żied jgħid li r-relazzjonijiet bilaterali jistgħu jkomplu jissaħħu permezz ta’ diversi opportunitajiet, l-aktar permezz ta’ sħubijiet edukattivi. Malta tagħti valur kbir lir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u Monaco u ser tkompli tistinka għal relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi.

Min-naħa tagħha, l-Ambaxxatriċi qablet li ż-żewġ pajjiżi huma simili ħafna u rreferiet b’mod partikolari għall-vokazzjoni Ewro-Mediterranja tagħhom. Il-ħarsien tal-ambjent, b’mod speċjali l-oċeani u l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, huma wkoll sfidi komuni li Malta u Monaco qed ipoġġu fuq nett tal-aġenda tagħhom. Faħħret lil Malta għar-rwol li qed taqdi fuq livell internazzjonali u qalet li dan huwa eżempju eċċellenti tar-rilevanza u l-kredenzjali tal-istati kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom. Dwar il-qasam bilaterali, l-Ambaxxatriċi ser tkun qed tħares lejn possibbiltajiet ta’ networking u rabtiet aktar mill-qrib bejn intraprendituri miż-żewġ pajjiżi.

OPR Credentials Ceremony – Ambassador of the Principality of Monaco Presidential Palace, Valletta
OPR Credentials Ceremony – Ambassador of the Principality of Monaco Presidential Palace, Valletta
OPR Credentials Ceremony – Ambassador of the Principality of Monaco Presidential Palace, Valletta
Skip to content