George Vella

L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjalitiegħu lill-President ta’ Malta

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

 L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Il-President Vella rrefera għall-possibilitajiet li jiżdiedu l-kuntatti bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tal-edukazzjoni, b’mod speċjali fil-livell universitarju. Bħala Stat Membru tal-UE, Malta tħeġġeġ kanali miftuħa ta’ komunikazzjoni bejn l-UE u l-Iran. Fil-livell reġjonali, Malta tagħraf li l-iżviluppi futuri fir-rigward tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt għandhom influwenza kruċjali fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iran. Il-President Vella ħeġġeġ lill-Iran taqdi rwol kostruttiv fl-avvenimenti li għaddejjin f’Iżrael u Gaża billi jsejjaħ għal trażżin, jimbotta miżuri għat-tnaqqis tat-tensjoni u involviment kostruttiv biex jintlaħqu soluzzjonijiet diplomatiċi nnegozjati. Il-President saħaq l-oppożizzjoni għal kull forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll il-piena kapitali.

Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur Sabouri spjega l-intenzjonijiet tiegħu li jsaħħaħ l-iskambji bejn studenti f’livell terzjarju ta’ edukazzjoni u rrefera għal eżempji speċifiċi bħall-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali. L-Ambaxxatur irrefera għar-rwoli ta’ Malta bħala membru attiv tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala membru elett fl-interess tal-istabbiltà internazzjonali.

Skip to content