George Vella

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

B’referenza għar-rapporti li qed jidhru fil-media, l-Uffiċċju tal-President jiċċara li l-persuna msemmija qatt ma kienet impjegata mal-Uffiċċju tal-President.

Skont il-Perit inkarigata mix-xogħol li għaddej fil-Palazz ta’ Sant’Anton il-persuna msemmija kienet inkarigata minn kuntrattur privat u mingħajr preavviż biex twassal materjal lil nies li kienu qed jagħmlu x-xogħol fil-Palazz.

L-Uffiċċju tal-President qatt ma kellu relazzjoni ta’ impjieg mal-persuna msemmija.

Skip to content